Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Professur Charmaine Gauci mistennija tirritorna bil-Bulettini Mediċi

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci mistennija terġa’ tibda tindirizza l-bulettini mediċi marbuta mas-sitwazzjoni tal-coroanivrus f’pajjiżna.

Sorsi li tkellmu magħna qalulna li din id-darba dan il-bulettin mediku se jsir darba fil-ġimgħa biss… kull nhar ta’ ġimgħa. U jidher li anke l-post se jinbidel hekk kif issa jidher li dawn il-bulettini mediċi se jibdew isiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Kastilja.

Waqt l-eqqel ta’ din il-pandemija l-Professur Charmaine Gauci kienet ta’ kuljum taġġorna lill-pubbliku dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-COVID-19.

Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem rajna żieda sostanzjali ta’ każi pożittivi ġodda diversi nies esprimew il-bżonn li l-pubbliku jerġa’ jibda jkun aġġornat dwar is-sitwazzjoni pereżenti f’pajjiżna, hekk kif fi żmien ġimgħatejn rajna żieda ta’ iktar minn 200 każ ġdid.