Coronavirus Lokali Saħħa Turiżmu

Ir-Renju Unit se tpoġġi lil Malta fil-lista l-ħamra – rapporti

Daqqa oħra għall-ekonomija minħabba li l-Gvern Malti ma ħarisx fit-tul

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li l-Gvern Ingliż se jpoġġi lil Malta fil-lista tal-pajjiżi l-ħomor u li huma meqjusa “riskjużi” minħabba l-Covid-19. Apparti Malta, anke l-Belġju se jitpoġġa fir-‘red list’.

Il-ġurnal awtorevoli The Telegraph qed jirrapporta li dawk kollha li jsiefru minn Malta lejn ir-Renju Unit se jkollhom il-kwarantina imposta fuqhom. Jekk dan hu minnu, min kellu vaganza pjanata lejn ir-Renju Unit jista’ kważi jinsiha. Filwaqt li dan jaffetwa ukoll lill-Ingliżi infushom meta dawn jirritornaw pajjiżhom – xi ħaġa li taf tkun daqqa għat-turiżmu mir-Renju Unit lejn Malta.

Esperti fl-industrija qed jgħidu li din taf tkun daqqa oħra għall-ekonomija Maltija, “sempliċiment għaliex il-Gvern ma pjanax fit-tul u qabad u fetaħ bl-addoċċ”.

Intant is-sit corrieredellaumbria rrapporta każ pożittiv ta’ żagħżugħ ta’ 27 sena li jgħix f’Umbria li ħareġ pożittivi wara li rritorna minn vaganza f’Malta.