Lokali

Is-sidien tal-ħwienet qed jaraw il-bejgħ tagħhom ikompli jonqos – PN

Ritratt: Matthew Tabone

Ħafna sidien tal-ħwienet madwar Malta u Għawdex qegħdin jaraw il-bejgħ tagħhom jonqos matul dawn l-aħħar ġimgħat. F’dawn il-ġranet u quddiem ċirkostanzi fejn in-numru tal-każijiet pożittivi tal-COVID-19 qegħdin jerġgħu jiżdiedu, sidien tal-ħwienet u tan-negozji żgħar kif ukoll self employed qed jerġgħu jaffaċċjaw sitwazzjoni fejn in-negozju waqaf f’daqqa u qegħdin jiddependu fuq il-vouchers, meta s-saħħa tal-flus qed tonqos u persuni vulnerabbli qed jibqgħu jsegwu direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u jibqgħu fi djarhom.

Fi stqarrija il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi Edwin Vassallo stqarr li quddiem dan ix-xenarju, l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ arroganti u jrid jara kif se jerfa’ r-responsabbilta’ tiegħu quddiem deċiżjonijiet mgħaġla li ttieħdu. Il-Gvern Laburista għandu jieħu l-aħjar azzjoni biex jara li s-sidien tal-ħwienet u s-self employed ma jispiċċaw ibatu iktar riperkussjonijiet ħżiena matul l-istaġun tax-xitwa wkoll minħabba dawn id-deċiżjonijiet mgħaġla. Pajjiżna jixraqlu aħjar.