Lokali

It-Tazzi Ewropej lura fuq l-iskrijns tagħna

Kullħadd jinsab ħerqan biex jara l-aqwa timijiet Ewropej jerġaw jħabbtuha fix-xena dik li tant tgħodd – fl-Ewropa Lig u fiċ-Champions Lig – hekk kif bil-mod il-mod il-futbol internazzjonali qisu qed jaqbad xi forma ta’ ritmu. B’dak li ġara dawn l-aħħar xhur dehret biċ-ċar li kienet ser tkun diffiċli li dawn l-kompetizzjonijiet jitkomplu però l-UEFA sabet formula addata biex dawn it-tazzi jitkomplew hekk kif l-Ewropa Lig ser tintlagħab kollha ġewwa l-Ġermanja waqt li ċ-Champions Lig ha tkun ġewwa l-Portugal.

Is-sit tal-imħħatri ejjabet.com ipprepara għadd ta’ kwoti favorevoli għal dawn l-logħob tal-Ewropa Lig u Champions Lig.

Diversi timijiet li għadhom jaspiraw li jgħollu dawn it-tazzi qegħdin f’fażi aħħarija ta’ taħriġ hekk kif issa kull kampjonat importanti spiċċa. Għalhekk l-għajnejn ta’ kull partitarju ser tkun mixħuta fuq dawn l-aħħar partiti li se jġibu fi tmiem is-sena kalċistika tal-2019/2020.

Timijiet bħal Inter, Manchester United, Roma, Seville, Frankfurt, Rangers, Leverkusen, Wolfsburg, Wolves fl-Ewropa Lig iridu jpattu għal staġun diżappuntanti li kellhom u jippruvaw jiġbru dak li jistgħu f’din it-tazza.

Kelliem għas-sit ta’ ejjabet.com stqarr magħna li “ninsabu ħerqana li naraw din ż-żewġ kompetizzjonijiet b’format kemmxejn differenti u iġri jibdew il-logħob importanti ħa nintefaw quddiem it-televixin b’naqra crisps u bibita kiesħa”

Min naħa l-oħra fic-Champions Lig għandna timijiet bħal Juventus li jridu jgħaddu mill-kwarti tal-finali u diġà jinsabu bi żvantaġġ kontra Lione. It-tim Taljan għadu kif rebaħ il-lig u qed jaspira li jgħolli it-tazza wara li kemm il-darba waslu viċin u ma rnexxilhomx joħorġu rebbieħa.

Manchester City, ġew it-tieni fil-lig Ingliz u jmisshom it-tieni leg kontra Real Madrid, li għadhom kif rebħu il-lig Spanjol. Dawn tal-aħħar qegħdin fi żvantaġġ hekk kif tilfu 2-1 fl-ewwel leg u għalhekk mhux ser tkun faċli għal Blancos biex idawru r-riżultat kontra tim Ingliż li jrid jgħolli din it-tazza għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Bejn Bayern Munich u Chelsea, tidher li hija partita mitmuma għal Ingliżi hekk kif diffiċli li jirkupraw id-defiċit ta’ 3-0 favur il-Ġermaniżi li huma wkoll favoriti li jirbħu din l-kompetizzjoni.

Napoli kontra Barcelona hija storja oħra hekk kif mill-ewwel leg in-Naplitani rnexxillhom iżommu l-qawwa tal-Katalni però issa ġewwa Camp Nou ħa tkun storja oħra.

Kull sapporter tal-futbol żgur ser ikun imwaħħal mas-settijiet tat-televiżjoni tiegħu biex jaraw liema tim ser jgħaddi għall-fażi li jmiss hekk kif dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet għall-ewwel darba se jkollhom format interessanti ħafna. Nistennew u naraw.