Garaxx li jinsab fi Triq l-Imġiebaħ, San Pawl il-Baħar ħa n-nar fl-aħħar ħin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.20pm b’għadd ta’ karozzi tat-tifi tan-nar marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan u jekk kienx hemm xi ħadd fil-garaxx meta tkebbes in-nar.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>