Coronavirus Sport Sport Ieħor Waterpolo

L-attivitajiet tal-ASA se jsiru kollha b’bibien magħluqa

Fi stqarrija l-ASA ħabbret li l-attivitajiet kollha li se tkun qed torganizza se jsiru b’bibien magħluqa. Din id-deċiżjoni ttieħdet skond il-Linji Gwida maħruġa dwar l-isport b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus fit-3 ta’ Ġunju li għadda.

Fis-sezzjoni dwar x’regoli għandhom jinżammu fil-post fejn tkun qed issir l-attività, il-linji gwida jgħidu li minarra li trid tinżamm id-distanza soċjali, mhux se jitħallew jidħlu spettaturi u partitarji biex isegwu l-attivitajiet.

L-istqarrija temmet tgħid li din id-deċiżjoni qed tittieħed b’sens ta’ responsabbilità wara li fl-aħħar jiem żdiedu l-każi attivi f’pajjiżna b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.