Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti jsellem lil Sam Sammut

Hekk kif ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Sam Sammut, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin permezz ta’ stqarrija sellem lill-ġurnalist veteran li ħadem għal diversi snin fil-qasam tal-ġurnaliżmu, fost l-oħrajn anke bħala kap tal-aħbarijiet għal diversi publikazzjonijiet tal-Union Print.

L-IĠM għadda l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u l-kollegi tas-Sam Sammut.