Coronavirus Lokali Saħħa

Mal-50 professjonist mediku fi kwarantina

Bħalissa f’pajjiżna għandna rekord ta’ professjonisti mediċi li qed jinżammu fi kwarantina wara li fis-swali fejn jaħdmu kien hemm każi pożittivi ta’ Covid-19.

Net News hu infurmat li hemm aktar minn 50 professjonist li jinsabu fi kwarantina minħabba l-pandemija. Dawn jinkludu tobba, infermiera u fiżjoterapisti.

Dan in-numru hu rekord minn mindu faqqa’ l-Covid-19 f’Marzu li għadda.

Fil-fatt, għada 7 t’Awwissu jimmarka eżatt ħames xhur mill-ewwel każ f’Malta.