Lokali

Raġel ta’ 60 sena fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 60 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ġrieħi serji meta ntalaqat minn vettura.

L-inċident seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq tal-Labour, in-Naxxar. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ta’ 60 sena, għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 206S li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena residenti r-Rabat.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.