Futbol Sport

Roma eliminati mill-Europa League

(Ritratt: Reuters)

Roma sfaw eliminita mill-UEFA Europa League wara li tilfu l-konfront tagħjom kontra Sevilla 2-0. Din il-partita ntlagħbet fuq leg wieħed ukoll minħabba li l-ewwel leg ma sarx minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Sevilla fetħu tajjeb u resqu viċin li jiftħu l-iskor wara tnax –il minuta meta minn cross ta’ Ever Banega kien Kounde li ra t-tentattiv tiehħu bir-ras jaħbat mal-lasta. L-Ispanjola marru fil-vantaġġ fit-22 minuta meta b’azzjoni personali kien SERGIO REGUILON li fetaħ l-iskor.

Sevilla skorjaw l-gowl li fisser kwalifikazzjoni minuta qabel il-mistrieħ meta minn cross ta’ Ocampos kien YOUSSEF EN-NESYRI li kkonkluda mill-viċin. Roma pruva iwettqu reazzjoni fit-tieni taqsima iżda kienu Sevilla li resqu viċin li jiskorjaw t-tielet gowl, meta l-gowl ta’ Kounde kien imħassar għall-offside. Roma spiċċaw jilagħbu b’għaxara meta fit-tmien minuta tal-ħin miżjud Mancini deher ixejjer bil-minkeb fil-konfront ta’ de Jong bir-referee juri direttament l-karta l-ħamra.

Bayer Leverkusen ikkwalifikaw għall-kwartifinali meta għlebu lil Rangers 1-0 u 4-1 bl-aggregate. Leverkusen resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-23 minuta meta Kai Havertz ġie waħda mal-gowlkiper iżda naqas milli jimpenja lil Mc Gregor. It-tim ta’ Peter Bosz aċċertaw mill-kwalifikazzjoni fil-51 minuta permezz ta’ MOUSSA DIABY li minn qagħda komda ma’ żbaljax.