Futbol Sport

Sanchez jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Inter

(Ritratt: Inter FC)

Alexis Sanchez se jibqa’ ma’ Inter wara l-esperjenza tiegħu mal-istess klabb dan l-istaġun. L-attakkant Ċilen iffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb tas-Serie A  fejn qatta’ dan l-istaġun b’self mingħand Manchester United.

Hu kien issieħeb ma’ Manchester United mingħand Arsenal bi tpartit ma’ Henrikh Mkhitaryan. F’żewġ staġuni mal-klabb ta’ Old Trafford Sanchez ftit li xejn impressjona u kien fis-sajf li għadda li ħalla lill-klabb b’self. Ma’ Inter Sanchez lagħab 22 partiti fejn rnexxielu jiskorja erba’ gowls.