Formula 1 Sport

Valtteri Bottas se jibqa’ ma’ Mercedes fl-istaġun li ġej ukoll

(Ritratt: Formula 1)

Valtteri Bottas se jkun qiegħed isuq għal Mercedes fl-istaġun  li ġej wara li laħaq ftehim biex iġedded il-kuntratt tiegħu magħhom. Bottas ilu ma’ Mercedes sa mill-2016 wara li kien daħal fit-tim meta irtira mill-Formula 1 Nico Rosberg.

Bottas qal li jinsab kuntent li se jibqa’ ma’ Mercedes sa minn tal-inqas staġun ieħor u jħares ‘il quddiem biex ikompli jżid is-suċċess mal-istess tim. Is-sewwieq. Il-Fillandiż kellu l-aħjar staġun tiegħu l-istaġun li għadda meta temm fit-tieni post fil-klassifika finali wara sieħbu fit-tim Lewis Hamilton.

Il-Prinċipal tat-tim Toto Wolff qal li huma kuntenti li Bottas ikkometta ma’ Mercedes u se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jikkonvinċu lil Lewis Hamilton biex iġedded ma’ Mercedes ukoll meta l-kuntratt tal-Ingliż jintemm dan l-istaġun.