Futbol Sport

Wolves ikomplu javvanzaw fl-Europa League

(Ritratt: Wolverhampton Wanderers)

Wolves għelbu lil Olimpiacos 1-0 u 2-1 aggregate biex komplew javvanzaw fl-Europa League. Wolves marru fil-vantaġġ wara biss tmien minuti meta ngħataw wara li Allain deher jimbutta lil Podence fil-kaxxa. Minn ħdax il-metru l-Messikan RAUL JIMENEZ ma żbaljax. Olimpiacos ħasbu li ġabu d-draw fit-28 minuta permezz ta’ Camara iżda wara konsultazzjoni mal-VAR ir-referee ħassar il-gowl minħabba offside li kien fl-istess azzjoni.

Basel għelbu lil Eintracht Frankfurt 1-0 u aggregate ta’ 4-0 biex b’hekk kisbu kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss. F’logħba nieqsa mill-azzjonijiet, kienu kienu Basel li fit-tieni taqsima resqu viċin li jiftħu l-iskor meta minn pożizzjoni tajba, Silvan Widmer ra lil Trapp jimblokka l-konklużjoni tiegħu. Basel marru fil-vantaġġ tard fil-partita permezz ta’ FABIAN FREI.

UEFA EUROPA LEAGUE

Rawnd tal-aħħar sittax

Illum: Bayer Leverkusen v Ranger 1-0 (4-1 agg.), Sevilla v Roma 2-0, Basel v Eintracht Frankfurt 1-0 (4-1 agg.), Wolves v Olimpiacos 1-0 (2-1 agg.)

Kwartifinali

It-Tnejn: Inter v Bayer Leverkusen 9.00pm, Man Utd v Copenhagen 9.00pm, It-Tlieta: Shaktar Donetsk v Basel 9.00pm, Wolves v Sevilla 9.00pm