Lokali Qorti

Akkużati b’ħasil ta’ flus li jlaħaq il-miljun ewro

Żewġ persuni nżammu taħt arrest wara li ġew akkużati b’ħasil ta’ aktar minn miljun ewro fi flus tad-droga. Amanda Farrugia ta’ 33 sena u l-għarus tagħha Terence Cini ta’ 34 sena, it-tnejn minn Ħal Qormi wieġbu li mhumiex ħatja għall-akkużi ta’ ħasil ta’ flus.

Il-koppja ġew arrestati wara investigazzjoni fit-tul mill-pulizija. Il-flus li nħaslu huma maħsuba li ġew mit-traffikar tad-droga Cini waħdu kien akkużat ukoll li kien f’pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Minn investigazzjoni li għamlet l-Pulizija sabet li fil-kont bankarju tal-mara hemm miljun ewro. Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace il-koppja wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi mi;jubin kotrihom.

Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest għal Cini filwaqt li kienet rrifjutata t-talba għal Farrugia. L-Ispettur Leanne Bonello mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia kienu l-avukati tad-difiża