Lokali

Appell għal sostenn tal-prodott lokali

Il-Kumpanija Benna, li tipprovdi ħalib frisk u prodotti tal-ħalib, appellat lill-pubbliku biex ikompli jappoġġja l-prodott lokali. Fi stqarrija, Benna esprimiet l-apprezzament lejn ir-raħħala-produtturi tal-ħalib li huma l-qalb ta’ dan is-settur.

“Dawn ir-raħħala jieħdu ħsieb il-baqar tagħhom f’madwar 58 razzett f’Malta u 31 f’Għawdex u ta’ kuljum jipproduċu u jwasslu l-ħalib lejn l-impjant tal-Benna, fejn aħna nagħmlu dak kollu possibbli biex nipprovdu prodotti ta’ l-aqwa kwalita għalik”, taqra l-istqarrija.

 “Mill-qalb ngħidu GRAZZI kbira lil dawn il-persuni tant bieżla li ta’ kuljum jaħdmu b’dedikazzjoni kbira biex jilħqu l-‘istandards’ u d-domanda tas-suq kif meħtieġa”.

Kien grazzi għad-dedikazzjoni kbira tar-raħħala li l-Benna setgħet tkompli tipprovdi l-prodotti friski, anke fi żminijiet diffiċli bħal ma’ għaddejna fl-aħħar xhur. .

“U issa huwa iż-żmien opportun li tkomplu tissaportjaw il-prodotti lokali. Mingħajr il-ħidma ta dawn il-persuni, aħna ma ninsabux fil-pożizzjoni li qegħdin fiha u ta’ dan aħna grati ħafna.” ittemm l-istqarrija