Lokali

Bernard Grech jesprimi l-interess li jkun Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Bernard Grech issottometta t-talba tiegħu biex juri interess bħala kandidat prospettiv fl-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Hu ħabbar dan fuq Facebook, fejn spjega li għalih, il-ġid komuni jista’ jintlaħaq biss jekk jinħolqu ċ-ċirkostanzi fil-politika li bihom ħadd ma jibqa’ lura. Spjega li għalih, partit politiku hu biss għodda sofistikata biex jinħoloq il-ġid, li finalment għandu dejjem jaħdem b’risq id-dinjità umana.

Bernard Grech kompla li l-Partit Nazzjonalista li jrid hu hu Partit Nazzjonalista li jisma’ l-opinjonijiet, iħoss id-diffikultajiet u jaspira x-xewqat tan-nies. Spjega li tkellem mal-membri tal-familja u fl-aħħar jiem u ġimgħat ta widen u għarbel is-sejħa tal-pajjiż u tan-nies.

Għaldaqstant, jemmen li bir-rieda, bl-għaqal u bl-għajnuna ta’ kulħadd, tinbeda t-triq biex dawn it-twemmin u x-xewqat jibdew jieħdu tama għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Ikkummenta