Coronavirus Sport Sport Ieħor

Ikomplu jirtiraw aktar tennisti mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Elina Svitolina u Kiki Bertens ħabbru li se jirtiraw mill-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus u jingħaqdu ma’ numru ta’ tennisti oħra li wettqu l-istess deċiżjoni fil-jiem li għaddew. F’messaġġ fuq Instagram, Bertens qalet li wara numru ta’ konsiderazzjonijiet, hi ħadet id-deċiżjoni li tirtira minħabba li –sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus għadha waħda nkwetanti.

Svitolina kibtet li minkejja li tifhem l-isforzi kollha li qed isiru bix dan it-turnament isir f’ambjent sigur, hi ma tħossix lesta li tpoġġi lilha nnifisa u lit-tim tagħha f’riskju. Aktar kmieni rtiraw ukoll Rafael Nadal u Ashleigh Barty fost l-oħrajn. L-Open tal-Istati Uniti mistenni jsir bejn l-31 ta’ Awwissu u t-13 ta’ Settmbru. Sa issa fl-Istati Uniti kien aktar minn 5 miljun każ pożittiv għall-coronavirus.