Lokali

Il-UĦM titlob grupp ta’ ħidma biex ikun żgurat li l-Gvern jinforza r-regolamenti

Il-Union Ħaddiema magħqudin qed titlob li l-pubbliku jobdi d-direttivi li jobbligaw l-ilbies tal-masrka fil-ħweient, abbord il-vapur t’Għawdex u fuq tal-linja kif ukoll biex jirrispettaw ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet.

Fi stqarrija maħruġa ‘l għada tal-laqgħa tal-imsieħba soċjali mal-Gvern, Josef Vella, Kap Ezekuttiv tal-UĦM qal l-union tkellmet dwar l-importanza li fi żmien ġimgħa jitlaqqa’ working group li jkun magħmul mill-Gvern, l-Awtorità tas-Saħħa u l-imsieħba soċjali. Dan sabiex ikun żgurat li dak li ġie deċiż b’rabta mal-pandemija f’pajjiżna iseħħ verament.

Huwa saħaq li jkunu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u qal li l-union kienet se tissospendi t-theddida ta’ d-direttivi li kienet għamlet, madankollu se tkun qed issegwi mill-qrib dak li se jkun qed iseħħ fil-jiem li ġejjin ħalli jkun żgurat li l-qagħda tal-Covid-19 tiġi taħt kontroll.