Coronavirus Lokali

L-agħar ġimgħa tal-pandemija f’pajjiżna; 171 każ ġdid f’sebat ijiem

Ifiqu ħames persuni oħra

Fl-aħħar 24 siegħa il-każi ta’ Covid-19 żdiedu b’49. Biex b’hekk din it-22 tal-pandemija saret l-agħar waħda f’termini ta’ numri.

Kien eżatt 5 xhur ilu meta f’Malta feġġ l-ewwel każ ta’ Coronavirus.

Iċ-ċifri uffiċjali juru li 5 persuni oħra fiequ mill-Covid-19, biex b’hekk il-każi attivi issa jammontaw għal 311.

Waqt il-Bulettin Mediku li tat illum, il-Professur Charmaine Gauci qalet li din is-sitwazzjoni hi waħda li se tieħu fit-tul.

Il-Professur Gauci mhux teskludi li terġa’ ssejjaħ emerġenza tas-saħħa pubblika.

Ikkonfermat ukoll li bħalissa m’hemm ħadd fl-ITU.

Fuq domanda dwar l-iskejjel, Charmaine Gauci qalet li anke illum kien hemm wieħed mill-każi li kien ta’ tifel jew tifla li tattendi SkolaSajf.