Internazzjonali

L-Italja: 552 każi ġodda tal-Covid-19 f’24 siegħa

L-awtoritajiet tas-saħħa fl-Italja għadhom kemm ikkonfermaw 552 każi ġodda tal-Covid-19 f’perjodu ta’ 24 siegħa.

Ir-reġjuni Taljani kollha reġistraw il-każi ġodda — minn Molise, fejn kienu konfermati aktar infezzjonijiet mill-ammont tal-Ħamis — għal Veneto li wkoll irreġistra qabża sinifikanti fil-każi tal-coronavirus.

L-infezzjonijiet għall-Ħamis madwar l-Italja kienu laħqu l-402 każi — bit-total tal-infezzjonijiet fl-Italja issa jaqbeż il-250,000. L-ammont tal-mejtin (fil-pajjiż) mill-Covid-19 issa żdiedu għal 35,190 fuq bażi nazzjonali.