Lokali

ERĠA’ SEGWI: Konferenza tal-aħbarijiet mill-Prim Ministru u mid-Deputat Prim Ministru

12.05pm: Robert Abela: “Nikkonferma li s-sitwazzjoni għadha taħt kontroll. M’hemmx mewġa fuq il-faċilitajiet mediċi li għandna.”

11.59am: Il-Prim Ministru illum qed jgħid li ma ħassar l-ebda multa.

11.54am: “Kull deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-poplu.” – Robert Abela

11.48am: Mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru qal li l-akbar żball li wieħed jista’ jagħmel f’dawn iċ-ċirkostanzi hu li jipprova jwaħħal f’xi ħadd.

11.47am: Multa ta’ €50 għalmin jinqabad bla maskra fejn suppost tintlibes il-maskra.

11.46am: Mistennija jidħlu diversi miżuri stretti fiż-żjarat lil anzjani fir-residenzi għall-anzjani.

11.45am: Il-ġimgħa d-dieħla, mistennija jiżdiedu żewġ testing hubs oħra.

11.44am: Fl-istabbilimenti ta’ divertiment ma jistgħux jintużaw dance floors.

11.43am: Se jsir infurzar qawwi biex ikunu evitati l-abbużi.

11.42am: Kull lokal għandu jkollu sinjal ċar ta’ kemm jista’ jieħu persuni.

11.41am: Waqt il-laqgħa tal-MCESD, il-Gvern ħabbar limitazzjoni ta’ 100 persuna ġewwa jew 300 persuna barra li jistgħu jattendu attivitajiet.

11.39am: Chris Fearne enfasizza fuq l-importanza tad-distanza soċjali, li jkun hemm kontroll tal-każi li jirriżultaw pożittivi u li nipproteġu lill-vulnerabbli.

11.37am: Anke l-Ministru tas-Saħħa, li hu mediku bi professjoni, jinża’ l-maskra biex jindirizza lill-ġurnalisti.

11.36am: “It-Turiżmu għandu jibqa’ għaddej” – il-Prim Ministru

11.35am: Robert Abela jgħid li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tistax tmur b’miżuri li jipparalizzaw il-pajjiż. “Mhux il-każ li ngħidu li ġejja xi katastrofi”.

11.34am: Għalkemm iċ-ċifri qed jiżdiedu ta’ kuljum, il-Prim Ministru jgħid li “m’hemmx lok ta’ allarm”.

11.33am: “Meta ħassarna l-attivitajiet tal-massa, smajna … ma konniex suppervi.” – il-Prim Ministru

11.31am: Abela jkompli li se jkun hemm ċirkostanzi fejn l-ilbies tal-maskri se jkun obbligatorju u marbut ma’ multi.

11.30am: Il-Prim Ministru jgħid li nafu nkunu f’sitwazzjoni fejn ikollna nitgħallmu ngħixu bil-virus magħna.

11.28am: Abela jtenni li l-alternattiva kienet li nħallu l-Ajruport u l-portijiet magħluqin, imma kulħadd jirrikonoxxi l-problemi li kien ikollna niffaċċjaw. Ikompli wkoll li hu “kburi” li d-dover tiegħu jibqa’ l-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.

11.27am: “Kien minn ewl id-dinja li n-numri se jiżdiedu” wara li nfetħu l-Ajruport u l-portijiet.

11.24am: Il-Prim Ministru jirrikonoxxi li ċ-ċifri żdiedu drastikament. Madankollu, jipprova jserraħ il-kuxjenza billi jgħid li “m’hemmx każi serji”.

11.22am: Robert Abela jgħid li kien hemm qbil unanimu, iżda mbagħad jirrikonoxxi li kien hemm min ma qabilx.

11.21am: Il-Prim Ministru jgħid li l-laqgħa kienet waħda “pożittiva mmens”.

11.20am: Jingħata bidu għall-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela u mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Il-Prim Ministru jidħol bil-maskra u jinżagħha appena jpoġġi. Jispjega li se jerġa’ jilbisha wara li jitkellem.