Futbol Sport

Man City jelimnaw lil Real Madrid

Manchester City avvanzaw għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Real Madrid 2-1 u 4-2 aggregate. City fetħu tajjeb u wara biss disa’ minuta marru fil-vantaġġ wara li RAHEEM STERLING approfitta minn żball ta’ Varane. Real Madrid daħlu fil-partita fit-28 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ KARIM BENZEMA. Fit-tieni taqsima l-partita kompliet tisbieħ b’azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat.

Fit-68 minuta Manchester City reġgħu marru fil-vantaġġ u aċertaw mill-kwalifikazzjoni meta GABRIEL JESUS reġgħa approfitta minn żball ieħor ta’ Varane. Din ir-rebħa timla’ lit-tim ta’ Pep Guardiola b’tama li f’dan l-istaġun jistgħu jirbħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Lyon iwettqu sorpriża u jeliminaw lil Juventus

Juventus reġgħu sfaw eliminati mill-UEFA Champions League għal staġun ieħor meta din id-darba ġew elimintati bil-gowl away kontra Olympique Lyon. Il-partita ntemmet 2-1u 2-2 aggregate li tfisser kwalifikazzjoni għall-Franċiżi minħabba li rnexxielhom jiskorjaw f’Turin. Lyon fetħu fuq l-offensiva u wara 11 –il minuta ngħataw penalty wara li Bentancur deher iwaqqa’ lil Aouar fil-kaxxa bir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR jordna penalty. Minn ħdax –il metru, MEMPHIS DEPAY ma żbaljax. Juventus ġabu d-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Depay deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, b’ CRISTIANO RONALDO jegħleb lil Lopes għal 1-1. Fit-tieni taqsima Juventus ħarġu biex jsibu t-tieni gowl u fis-60 minuta marru 2-1 fil-vantaġġ b’xutt mill-isbaħ ta’ RONALDO.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Man City v Real Madrid 2-1 (4-2 agg), Juventus v Lyon 2-1 (2-2agg.), Għada: Barcelona v Napoli (1-1), Bayern Munich v Chelsea (3-0)