Formula 1 Sport

Mercedes jerġgħu jiddominaw fil-provi

(Ritratt: EPA)

Tkompli d-dominanza ta’ Mercedes meta fit-tieni sessjoni tal-provi, Lewis Hamilton u Valtteri Bottas temmew fl-ewwel żewġ postijiet fil-Grand Prix tas-70 anniversarju tal-Formula 1. Fl-ewwel sessjoni kien Valtteri Bottas li temm fuq quddiem segwit minn sieħbu fit-tim Lewis Hamilton. Ferrari min naħa tagħhom ikomplu jiddiżappuntaw hekk kif Sebastian Vettel kellu jirtira fit-tieni sessjoni wara problemi fil-magna, l-istess kif ġralu s-sewwieq ta’ Alfa Romeo Antonio Giovinazzi.

Mercedes u l-Formula 1 ma jistgħux isibu ftehim              

Jidher li Mercedes u l-Formula 1 ma jistgħux isibu ftehim dwar kuntratt ġdid biex it-tim ikun jistgħa jikkompeti fl-istaġun li ġej. Il-Prinċipal ta’ Mercedes Toto Wolff qal li Mercedes huma l-akbar vittma ta’ dan in-nuqqas ta’ ftehim minħabba d-dħul finanzjarju u r-regoli finanzjarji imposti mill-Formula 1. Jekk jibqa’ ma jintlaħaqx ftehim jista’ jkun il-każ li Mercedes ma jibqgħux jikkompetu fil-Formula 1 wara dan l-istaġun.

Formula 1

L-ewwel sessjoni: 1 V. Bottas1:26.166, 2 L. Hamilton +0.138, 3 M. Verstappen  +0.727, 4 N. Hulkenberg +0.776, 5 C. Leclerc +0.896, 6 A. Albon  +1.114, 7 S. Vettel +1.332, 8 L. Stroll +1.373, 9 D. Kvyat +1.487, 10 E. Ocon +1.535, 11 P. Gasly +1.541, 12 L. Norris +1.680, 13 R. Grosjean +1.742, 14 C. Sainz +1.972, 15 G. Russell +2.004, 16 N. Latifi +2.060, 17 D. Ricciardo +2.345, 18 K. Räikkönen +2.489, 19 R. Kubica +2.794, 20 K. Magnussen +3.153

It-tieni sessjoni: 1 L. Hamilton 1:25.606, 2 V. Bottas +0.176, 3 D. Ricciardo  +0.815, 4 M. Verstappen +0.831, 5 L. Stroll +0.895, 6 N. Hulkenberg  +1.140 7 C. Leclerc +1.206, 8 L. Norris +1.261, 9 C. Sainz +1.312, 10 E. Ocon +1.322, 11 A. Albon +1.354, 12 D. Kvyat +1.396, 13 P. Gasly +1.522, 14 S. Vettel +1.592, 15 R. Grosjean +1.688, 16 G. Russell        +1.714, 17 K. Räikkönen +1.929, 18 K. Magnussen +1.976, 19 N. Latifi  +2.077, 20 A. Giovinazzi +2.349