Formula 1 Sport

Racing Point immultati €400,000 u jitnaqqsulhom 15 –il punt

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Formula 1 Racing Point ġew immultati €400,000 u tnaqssulhom 15 –il punt mill-klassifika tal-kostrutturi wara li ntlaqa’ l-protest ta’ Renault dwar illegalitajiet fil-karozza ta’ Racing Point.

Il-protest ta’ Renault kien dwar il-brejkijiet tal-karozza ta’ Racing Point, b’ Renault jgħidu li dawn kien l-istess bħal dawk ta’ Mercedes. L-FIA enfasizzat li ji se tkun qed tikkastiga lit-tim aktar milli lis-sewwieqa minħabba li l-ksur tar-regoli sar meta kien qed tiġi ddisinjata l-karozza.

Aktar kmieni, Racing Point ħabbru li Niko Hulkenberg se jkun qiegħed isuq flok Nico Perez għat-tieni ġimgħa konsekuttiva wara li l-Messikan għadu pożittiv għall-coronavirus, fil-Grand Prix tas-70 anniversarju mill-ewwel tellieqa tal-Formula 1.