Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli

Raġel ta’ 36 sena min-Nepal sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30a.m. fl-irdum ta’ San Luċjan fil-limiti ta’ Marsaxlokk.

Ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u sofra ġrieħi f’saqajh. Fuq il-post marru membri tal-Pulizija kif ukoll tim mediku iżda kellhom jissejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu hekk kif ir-raġel waqa’ f’post li ma kienx aċċessibbli għall-paramediċi.

Wara li ttella’ minn fejn waqa’, ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ikkummenta