Lokali

AĠĠORNATA: Missier joqtol lil ibnu fi sparatura f’Ħal Għaxaq

Net News jinsab infurmat li aktar kmieni illum, għall-ħabta tal-11:30am, seħħ argument kbir f’Ħal Għaxaq li fih kienu involuti numru ta’ persuni.

Il-każ seħħ biswit l-iskola ta’ Ħal Għaxaq fi Triq il-Gudja, bl-ewwel informazzjoni tindika li tifel inqatel minn missieru.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li fl-argument intużat arma u kien hemm ukoll sparatura. Il-vittma, li għandu madwar 40 sena, miet fil-post.

Nies minn Ħal Għaxaq qalulna li l-missier għandu ftit anqas minn 70 sena. Ir-raġel hu missier ta’ tlett itfal.

Fiz-zona tal-iskola hemm preżenza kbira ta’ Pulizija tal-RIU u mid-Distrett taż-Żejtun. Waslet ukoll ambulanza b’tim mediku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ikkummenta