Sport Sport Ieħor

Tieni rebħa nfila u f’Malta għal Vanderlov

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Kenneth Vella

It-23 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott saret il-Ġimgha filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Spikkat tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din intrebħet minn Vanderlov ta’ Melvin Farrugia li ħa t-tieni rebħa minn daqstant dehriet f’Malta.  

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-uniku tiġrija Premier. Kien 400m mill-linja finali meta Melvin Farrugia talab lil Vanderlov biex jibda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra. Dan irnexxilu jmur quddiem meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali biex b’hekk ħa t-tieni rebħa nfila u f’Malta minn Best Buissonay (Mark Bonnici) u Julio De Luxe (Rodney Gatt). Baxter Du Klau (Brian Hili) kellu wkoll wirja tajba meta temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.14.2” fil-kilometru.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Gold, Fl-ewwel waħda, Aravis Roc (Rodney Gatt) akkwista t-tieni rebħa staġjonali wara li kien il-ħin kollu quddiem. Dan b’tul minn Hallas Judex (Charles Magro), Venicio Bello (Anton Cassar) u Vic De La Ferme (Ivan Stivala).

Fit-tieni waħda tal-klassi Gold, attakk mibdi 300m mit-tmiem wassal lil Neverendingdream (Rodney Gatt) biex jaqsam il-linja finali l-ewwel minn Sapajou (Charles Degiorgio) u As De Kara (Clifferty Calleja). Vent Des Aunay (Charles Camilleri) temm warajhom f’dik l-ordni. Għal Neverendingdream din kienet it-tielet rebħa tas-sena.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frimeur Pipol (C. Calleja) Ħin– 2.45.4” (1.17.3”) 2. Drakkar Cleville (M. Grasset) 3. High Handed (T. Demanuele) 4. Khali Magdalon (C. Gauci)

II Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Baqualito Mag (C. Degiorgio) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Astro La Bourgee (M. Debono) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Cambaceres (P. Galea)

III Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Querby Du Gite (N. Barbara) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Joyus (N. Baldacchino) 4. Zenit Karsk (C. Vassallo)

IV Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1.  Design Ribb (M. Spiteri) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Camel De La Comtee (D. Cortis) 3. Andreafilou (M. Ellul) 4. Theo Des Landiers (M. Mifsud)

V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Aravis Roc (R. Gatt) Hin – 2.40” (1.14.8”) 2. Hallas Judex (Ch. Magro) 3. Venicio Bello (A. Cassar) 4. Vic De La Ferme (I. Stivala)  

VI Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Village Natal (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 3. Viking Du Sarthon (M. Grasset) 4. Feel The Music (M. Debono)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Neverendingdream (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.14.7”) 2. Sapajou (C. Degiorgio) 3. As De Kara (C. Calleja) 4. Vent Des Aunay (C. Camilleri)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Vanderlov (M. Farrugia) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Best Buissonay (M. Bonnici) 3. Julio De Luxe (R. Gatt) 4. Baxter Du Klau (B. Hili)  

IX Tiġrija. Klasi Silver B. Dist – 2140m. 1. Best Of  Morchies (D. Gatt) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Bombay Saphir (N. Baldacchino) 3. Razor Shadow (N. Barbara) 4. Voyou De Javron (T. Mallia)