Futbol Sport

Torino jaħtru lil Giampaolo bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom

Torino ħatru lil Marco Giampaolo bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li fi tmiem l-istaġun laħqu ftehim ma’ Moreno Longo biex iħalli l-klabb. Giampaolo ffirma kuntratt ta’ erba’ snin mat-tim minn Turin.

Il-President ta’ Torino, Urbano Cairo faħħar l-abbiltajiet tal-eks kowċ ta’ Milan fost l-oħrajn. Hu żied jgħid li se jkun qiegħed jgħin mill-aħjar li jista’ biex il-kowċ ta’ 53 sena jkun jista’ jwettaq il-pjan tiegħu. Giampaolo mexxa numru ta’ timijiet matul il-karriera tiegħu bħala kowċ fosthom lil Milan, Sampdoria u Empoli.