Robin Van Persie se jirritorna mal-klabb Olandiż ta’ Feyenoord bħala wieħed mill-assistant kowċis ta’ Dick Advocaat. Hu se jkollu r-responsabbilità tal-attakkanti tal-klabb fl-istaġun li ġej.
Van Persie lagħab l-aħħar staġun tiegħu fl-istaġun 2018-19 mal-istess klabb. Matul il-karriera tiegħu l-attakkant Olandiż lagħab ukoll ma’ Arsenal u Manchester United kif ukoll lagħab aktar minn 100 partita għal pajjiżu. Wara li rtira Van Persie kien qiegħed jaħdem bħala opinjonista tal-futbol fl-Ingilterra.
//= $special ?>