L-ewwel kulħadd ħaseb li qablu...issa l-professjonisti qed jgħidu mod ieħor
Messaġġi kunflinġenti u li qed iħawdu lil ħafna wara l-laqgħa tal-imsieħba soċjali u l-unions tal-ħaddiema tas-saħħa mal-Gvern ta’ Robert Abela.
Hekk kif kulħadd qed jipprova janalizza l-aħħar żviluppi, sa issa, jidher li dawn huma l-punti li ħarġu wara l-laqgħa f’Kastilja li ħadet aktar minn seba’ sigħat:
- Multa ta’ €50 għal min ma jilbisx maskra f’postijiet bħal ħwienet, bus stops, fuq il-karozzi tal-linja u l-vapur t’Għawdex
- Attivitajiet tal-massa sa 300 persuna jistgħu isiru
- Multa ta’ €3,000 għal min iħalli aktar minn 300 persuna jattendu għal attività
Iżda l-Gvern baqa’ ma waqqafx:
- Postijiet ta’ divertiment bħal bars u nightclubs li jkollhom mases ta’ nies flimkien
- Tiġijiet jew parties fejn ikun hemm mistednin sa 300 persuna
- Boat Parties u pool parties
- Titjiriet minn pajjiżi high risk bħall-Belġju, Franza u Spanja
- Gruppi ta’ nies flimkien li mhux mill-istess household
Dan fl-isfonda ta:
- Il-fatt li pajjiżna tela’ minn 3 każi attivi għal 267 fi żmien xahar
- Il-fatt li l-maġġoranza tal-każi issa huma sporadiċi, li jfisser li l-virus reġa jinsab jiġri bla kontroll fil-komunità
- Il-fatt li ħarġu ħafna każijiet minn 2 jew 3 attivitajiet tal-massa li saru fl-aħħar ġimgħat
- Il-fatt li l-R Factor qabeż it-2.0
- Il-fatt li għadd ta’ pajjiżi se iqed jitfgħu lill-Malta fil-lista l-ħamra
- Il-fatt li aktar minn 50 ħaddiem tas-saħħa sabu ruħhom fi kwarantina fl-aħħar jiem