Coronavirus Lokali

X’nafu s’issa wara l-laqgħa tal-Kabinett?

L-ewwel kulħadd ħaseb li qablu...issa l-professjonisti qed jgħidu mod ieħor

Messaġġi kunflinġenti u li qed iħawdu lil ħafna wara l-laqgħa tal-imsieħba soċjali u l-unions tal-ħaddiema tas-saħħa mal-Gvern ta’ Robert Abela.

Hekk kif kulħadd qed jipprova janalizza l-aħħar żviluppi, sa issa, jidher li dawn huma l-punti li ħarġu wara l-laqgħa f’Kastilja li ħadet aktar minn seba’ sigħat:

  • Multa ta’ €50 għal min ma jilbisx maskra f’postijiet bħal ħwienet, bus stops, fuq il-karozzi tal-linja u l-vapur t’Għawdex
  • Attivitajiet tal-massa sa 300 persuna jistgħu isiru
  • Multa ta’ €3,000 għal min iħalli aktar minn 300 persuna jattendu għal attività

Iżda l-Gvern baqa’ ma waqqafx:

  • Postijiet ta’ divertiment bħal bars u nightclubs li jkollhom mases ta’ nies flimkien
  • Tiġijiet jew parties fejn ikun hemm mistednin sa 300 persuna
  • Boat Parties u pool parties
  • Titjiriet minn pajjiżi high risk bħall-Belġju, Franza u Spanja
  • Gruppi ta’ nies flimkien li mhux mill-istess household

Dan fl-isfonda ta:

  • Il-fatt li pajjiżna tela’ minn 3 każi attivi għal 267 fi żmien xahar
  • Il-fatt li l-maġġoranza tal-każi issa huma sporadiċi, li jfisser li l-virus reġa jinsab jiġri bla kontroll fil-komunità
  • Il-fatt li ħarġu ħafna każijiet minn 2 jew 3 attivitajiet tal-massa li saru fl-aħħar ġimgħat
  • Il-fatt li l-R Factor qabeż it-2.0
  • Il-fatt li għadd ta’ pajjiżi se iqed jitfgħu lill-Malta fil-lista l-ħamra
  • Il-fatt li aktar minn 50 ħaddiem tas-saħħa sabu ruħhom fi kwarantina fl-aħħar jiem