Coronavirus Futbol Sport

Żewġ plejers ta’ Aberdeen pożittivi għall-coronavirus

(Ritratt: Aberdeen FC)

Il-partita bejn Aberdeen u St Johnstone mill-Kampjonat Premier tal-Iskozja ġiet posposta wara li żewġ plejers ta’ Aberdeen irriżultaw pożittiv għall-coronavirus wara li kienu f’kuntatt ma’ persuna li wara wkoll ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Sitt plejers oħra kienu wkoll ordnati li jibqgħu iżolati għal xi ġranet.

Ministru Skoċċiż akkuża lill-plejers li kisru r-regoli billi marru jixorbu f’bar is-Sibt filgħaxija wara l-partita kontra Rangers. L-awtoritajiet tal-futbol ikkonfermaw l-posponiment tal-partita wara laqgħat li kelljom mal-Gvern u ma’ dawk kollha nvoluti biex titnaqqas it-trażmissjoni tal-virus.