Internazzjonali

27 immigrant mejta fl-Oċean Atlantiku

L-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti flimkien mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni rrappurtaw kif 27 persuna mietu meta dgħajsa bl-immigranti affaċjat diffikultajiet ‘il barra mill-kosta tal-Mawritanja din il-ġimgħa.

Jidher li żviluppaw problemi fil-magna tad-dgħajsa li kienet fi triqitha lejn il-Gżejjer Kanarja fl-Oċean Atlantiku, bid-dgħajsa tinkalja u b’dawk abbord pruvaw jaqbżu l-baħar biex isalvaw, skont raġel mill-Guinea li salva mill-għarqa.