Coronavirus Saħħa

40 każ ġdid; il-każi attivi jaqbżu t-350

Is-sitwazzjoni tal-imxija f’pajjiżna kull ma jmur qed tkompli taqleb għall-agħar dan hekk kif fl-aħħar sigħat kellna 40 każ ġdid ta’ Coronavirus, bl-ammont ta’ każijiet issa jitla’ għal 351.

Mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn il-każijiet f’Malta qabżu l-elf, bil-każijiet fl-aħħar 24 siegħa fil-maġġoranza tagħhom kienu sporadiċi.

  • Sebgħa mill-każijiet ħarġu minn party tal-Griżma
  • 6 każijiet kellhom rabta ma’ cluster ta’ skola tal-Ingliż
  • Erba’ każijiet oħra kellhom rabta ma’ cluster minn Paceville

Kien imħabbar li fl-aħħar sigħat ħadd ma rkupra minn din l-imxija.