Formula 1 Sport

Bottas se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix li se jfakkar is-70 anniversarju

Valtteri Bottas se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix li qiegħed ifakkar is-70 anniversarju tal-Formula li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva se jkun qiegħed isir fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra. Fit-tieni post temm sieħbu fit-tim Lewis Hamilton. Is-sewwieq tal-ġurnata kien Niko Hulkenberg li rnexxielu jtemm fit-tielet post għall-Racing Point wara li ħa post Sergio Perez li se jkun qiegħed jitlef dan il-Grand Prix minħabba li għadu jirriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Ferrari min naħa tagħhom jerġgħu jiddiżappuntaw hekk kif iż-żewġ sewwieqa tagħhom, Charles Leclerc u Sebastian Vettel temmew fit-8 post u t-12 –il post rispettivament. Il-Grand Prix ta’ Silverstone tibda għada fit-3.00pm.

Formula 1

Kif temmew: 1 V. Bottas 1:25.154, 2 L. Hamilton +0.063, 3 N. Hulkenberg +0.928, 4 M. Verstappen +1.022, 5 D. Ricciardo +1.143, 6 L. Stroll 1.274, 7 P. Gasly +1.380, 8 C. Leclerc +1.460, 9 A. Albon +1.515, 10 L. Norris +1.624, Eliminati fit-tieni sessjoni: 11 E. Ocon +1.226, 12 S. Vettel +1.293, 13 C. Sainz +1.298, 14 R. Grosjean  +1.469, 15 G. Russell +1.67, Eliminati fl-ewwel sessjoni: 16 D. Kvyat +2.728, 17 K. Magnussen +3.082, 18 N. Latifi +3.276, 19 A. Giovinazzi +3.279, 20 K. Raikkonen +3.339