Atletika Coronavirus Sport

Conseslus Kipruto pożittiv għall-coronavirus

Iċ-Champion Olimpiku, Conseslus Kipruto rriżulta pożittiv għall-coronavirus u se jkun qiegħed jitlef il-Monaco Diamond League, li se jkun l-ewwel avveniment tal-atletika internazzjonali għal din is-sena.

L-atleta tal-steeplechase kien wieħed mill-11 –il atleta Kenjan li ngħataw il-permess mill-Gvern Franċiż biex ikunu jistgħu jikkompetu f’dan l-avveniment. Sfortunatament dalgħodu ħarġet l-aħbar li Kipruto falla mit-test tal-coronavirus u b’hekk mhux se jitħalla jikkompeti minkejja li m’għandu l-ebda sintomi u jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Kipruto rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpja ta’ Rio u żewġ titli mondjali konsekuttivi f’Londra u f’Doha. Id-Diamond League li se jsir f’Monaco mistenni jibda nhar il-Ġimgħa.