Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: F’Ottubru se jibda jitqassam vaċċin fir-Russja

Ritratt: The Financial Express
Ir-Russja qalet li sabet vaċċin għall-COVID-19.

Ir-Russja ħabbret li wasal biex jitlesta vaċċin u se tibda titqassam minn Ottubru lil pajjiżhom, bil-vulnerabbli u l-anzjani jkunu l-ewwel li jieħduh.

Bħalissa jinsabu fl-aħħar fażi fejn qed isiru t-testijiet biex jikkonfermaw li l-vaċċin mhux se jkun qed jagħmel ħsara.

L-istudju beda ġewwa l-Università ta’ Moskow fit-18 ta’ Ġunju. B’kollox kien hemm 38 voluntier li provaw il-vaċċin fejn jidher li kollox mar sew u bnew immunità għall-virus.

Il-pass mgħaġġel li bih mexa l-pajjiż qajjem id-dubji iżda xjentist f’Sechenov, Vadim Tarasov qal li l-pajjiż kellu 20 sena ta’ esperjenza fis-settur tal-viruses u b’hekk kienu nofshom preparati.

Ir-Russja hu l-ħdax-il pajjiż l-iktar li ġie affetwat mill-COVID-19 hekk kif kellhom kważi 18,000 f’mewt.

Barra r-Russja hemm ukoll l-Ingilterra u l-Istati Uniti li qalu li b’suċċess ħolqu vaċċin u mistennija jlestuhom fil-bidu tas-sena d-dieħla.