Sport Sport Ieħor

Il-Beach Soccer f’pajjiżna

Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Malta Beach Soccer f’lukanda f’San Ġiljan il-President il-ġdid tal-assoċċjazzjoni, Pio Vassallo tkellem dwar il-viżjoni u l-misjoni tal-Beach Scocer f’pajjiżna.

Stampa ċara ta’ kif il-Malta Beach Soccer ser tkun qed taħdem fis-snin li ġejjin. Strateġija id f’id mal-Malta Football Association, Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Vassallo enfasizza mhux biss fuq l-isport tal-beach soccer f’Malta pero tkellem dwar il-valuri tal-isport u l-importanza li l-istakeholders kollha jkunu parti minn dan il-vjaġġ li se jwassal għal futur sabiħ fil-beach soccer f’pajjiżna, liema sport eventwalment jattira t-turiżmu sportiv f’pajjiżna.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u Sport, Robert Cutajar li min-naħa tiegħu tkellem dwar l-importanza ta’ aktar sport kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-ħajja tagħna għal saħħa aħjar.

“l-isport għandu l-ingredjenti kollha għal soċjetà b’saħħitha f’kull sens”

Robert Cutajar

Filwaqt li f’isem l-Oppożizzjoni, awgura lill-Malta Beach Soccer, Robert Cutajar aċċenna għall-importanza tal-valuri fl-isport, li kull assoċjazzjoni sportiva għandha tpoġġihom bħala prijorità. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport stieden lill-Malta Beach Soccer biex jingħaqdu fil-Kampanja Nazzjonali – #sporttulilħajja #sportforlife #letsbeatobesitytogether.

Cutajar saħaq li l-isport għandu l-ingredjenti kollha għal soċjetà b’saħħitha f’kull sens u jagħti garanzija għal generazzjonijiet futuri b’saħħithom kemm mil-lat ta’ saħħa kif ukoll valuri. Fl-istess interevent tiegħu, Robert Cutajar fakkar fil-proposta tal-Oppożizzjoni biex Skola Sport tiġi estiża mill-iskola sekondarja għall-post sekondarja. Dan filwaqt li appella biex il-politka partiġġjana titħalla barra mill-isport biex kulħadd jaħdem flimkien f’qasam importanti ħafna għal pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, l-isport u l-volontarjat Clifton Grima esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-professjonalita’ ta’ din l-assoċjazzjoni. “Meta wieħed iħares lejn il-viżjoni tal-Malta Beach Soccer jara li hija bbażata fuq l-integrita’ u l-onesta’ imma fuq kollox fuq l-iżvilupp” qal is-Segretarju Parlamentari.

Tkellem ukoll il-vici president tal-MFA Matthew Paris li saħaq li l-Beach Soccer jista’ jkun ta’ benifattur kemm għat-turiżmu sportiv kif ukoll għal l-isport ġenerali.

Fl-intervent tiegħu c-Chairman ta’ Sport Malta Luciano Busuttil qal li l-pajjiż tagħna għandu potenzjal kbir f’dan l-isport.

L-appuntament li jmiss għal din l-assoċċjazzjoni tal-Beach Soccer huwa  tounament li jibda nhar il-Ħamis 27 ta’ Awwissu bil-finali tintlab il-Sibt 5 ta’ Settembru fil-bajja ta’ Birżebbuġa.