Coronavirus Lokali

Il-multa tal-maskri titla’ għal €100

Ir-regoli ħarġu skont Legal Notice mill-Minister tas-Saħħa

Mil-lum daħlu fis-seħħ ir-regoli li jobliga l-użu tal-maskri protettivi għal kontra l-Covid-19. L-Avviż Legali fil-fatt issa hu pubbliku.

Kull persuna li tonqos milli tosserva d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, penali ta’ €100 għal kull darba. Iżda jekk ir-reat jiġi ammess u l-penali tiġi mħallsa qabel ma jibdew il-proċeduri quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-penali applikabbli għandha tkun imnaqqsa għal €50.

Kull persuna li tkun ġewwa ħwienet tal-imnut, tivvjaġġa fuq transport pubbliku, tivvjaġġa bejn Malta u Għawdex inkluż fit-terminals rispettivi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, u fil-bini tat-terminal tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għandha f’kull ħin tilbes maskra medika jew tad-drapp.