Coronavirus Internazzjonali

Is-sitwazzjoni ta’ COVID-19 madwar id-dinja

“Il-vaganzi huma ta’ riskju kbir”

Għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-dinja qed iwissu li “il-vaganzi huma ta’ riskju kbir” hekk kif il-każijiet tal-Coronavirus iżjed ma jmur iżjed qed jiżdiedu.

L-Italja preżentemant qed tesperjenza l-għola każijiet mill-aħħar ta’ Mejju ‘l hawn; żieda ta’ 38% biex issa qed ikun hemm madwar 550 każ ġdid kuljum meta kkomparat ma’ madwar 200 każ ġdid ġimagħtejn ilu.

Franza rat żieda ta’ 33% mill-ġimgħa ta’ qabel biex issa qed ikollhom madwar 1,600 każ ġdid.

Fil-Belġjum, żieda ta’ 46% wasslet biex issa l-pajjiż qed jesperjenza mal-550 każ ġdid kuljum.

Fir-Renju Unit qed ikun hemm żieda ta’ iktar minn 800 każ ġdid kuljum.

Rekord ta’ persuni infettati qabeż iż-żewġ miljun individwu fl-Indja, b’iktar minn 40,000 mewt.

Il-Ġermanja għadha kemm żdiedet ir-restrizzjonijiet tal-portijiet b’għadd ta’ persuni minn pajjiżi differenti jridu jagħmlu perjodu ta’ kwarantina jew jippreżentaw konferma ta’ test negattiv hekk kif jidħlu fil-pajjiż.

L-Unjoni Ewropea qed tħeġġeġ lill-membri stati biex inaqqsu r-restrizzjonijiet fuq vjaġġi lejn pajjiżi oħrajn biex persuni jitħallew iżuru lil qraba u għarajjes, fost oħrajn wara kważi sitt xhur mifrudin minn xulxin. Il-Membri Stati fetħu l-portijiet tagħhom għal dawk il-pajjiżi li huma meqjusin bħala siguri fir-rigward tal-COVID-19 iżda għadhom mgħaluqin għall-Amerika, ir-Russja, il-Brażil u l-maġġoranza tal-pajjiżi fl-Afrika u l-Asja.

F’ħafna mill-pajjiżi, il-maġġorparti tal-każijiet ġodda huma żgħażagħ ta’ bejn l-20 u t-30 sena. Il-messaġġ jibqa’ wieħed: “kemm fil-vaganzi, kemm fis-sajf, il-virus għadu magħna.”