Sport Sport Ieħor

Johann Zarco jikseb se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Brno

Is-sewwieq ta’ Anitia Ducati, Johann Zarco wettaq sorpriża u kiseb il-Pole Position fil-Grand Prix tal-Moto GP li qiefħed isir f’Brno fir-Repubblika Ċeka.

Fit-tieni post temm Fabio Quartararo segwit minn Franco Morbidelli. Nieqes minn dan il-Grand Prix se jkun hemm is-sewwieq ta’ Alma Parmac, Francesco Bagnaia wara li fil-provi tal-bieraħ kellu incident u weġgħa rkopptu fejn se jkollu jiġi operat kif ukoll Marc Marquez wara injury f’idu li sofra fl-ewwel Grand Prix fi Spanja. It-tellieqa tal-Moto GP issir għada u tibda fis-2pm.

Moto GP

Kif temmew: 1 J. Zarco 1:55.687, 2 F. Quartararo +0.303, 3 F. Morbidelli +0.311, 4 A. Espargaro +0.387, 5 M. Viñales +0.444, 6 P. Espargaro +0.455, 7 B. Binder +0.612, 8 D. Petrucci +0.767, 9 J. Mir +0.825, 10 V. Rossi +0.828, 11 A. Rins +0.884, 12 C. Crutchlow +1.110, Eliminati fl-ewwel sessjoni: 13 M. Oliveira +0.098, 14 J. Miller +0.122, 15 T. Rabat +0.465, 16 I. Lecuona +0.534, 17 T. Nakagami +0.592, 18 A. Dovizioso +0.804, 19 B. Smith +1.208, 20 S. Bradl +1.343, 21 A. Marquez +1.376