Coronavirus Knisja Lokali Saħħa

“Kull min jattendi għall-Quddies għandu r‑responsabbiltà li jilbes maskra jew visor”

Il‑Knisja f’Malta fakkret fl‑importanza li kienu osservati l‑miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑COVID‑19.

Fi stqarrija, il-Knisja qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il‑miżuri tad‑distanza soċjali, it‑teħid tat‑temperatura u miżuri oħra, kull min jattendi għall‑Quddies għandu r‑responsabbiltà li jilbes maskra jew visor.

Dawn il-miżuri huma konformi mal-obbligi stipulati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-postijiet ta’ qima, li ġew aġġornati l-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu 2020.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fakkru dwar l-importanza li għandna fir-responsabbiltà kbira li nsegwu bir-reqqa l-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ħajja, kemm tagħna kif ukoll tal-oħrajn.