Internazzjonali

Marċ ta’ protesta LLEJLA f’Bejrut

Numru kbir ta’ persuni mistennija jinżlu fit-toroq ta’ Bejrut jipprotestaw kontra l-Gvern, wara d-diżastru li tinsab fih il-kapitali kaġun ta’ materjal illi sploda aktar kmieni din il-ġimgħa.

Id-dimostrazzjoni se tibda mill-port (fejn seħħet l-isplużjoni) sal-Pjazza tal-Martri fiċ-ċentru ta’ Bejrut. Apparti li se jkun marċ ta’ protesta, id-dimostrazzjoni se tieħu wkoll il-forma ta’ velja biex jitfakkru l-vittmi.

L-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta ħalliet 300,000 persuna bla saqaf fuq rashom.

5,000 għadhom qed jingħataw il-kura, fosthom għexieren li jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Għad hemm ukoll numru ta’ persuni rappurtati nieqsa.