Futbol Sport

AĠĠORNATA: Juventus ikeċċu lil Sarri

Rapport fil-midja Taljana qed jgħidu li Juventus keċċew lill-kowċ Maurizio Sarri wara li l-bieraħ Juventus sfaw eliminati mill-UEFA Champions League.

F’kummenti li ta lilll-midja ilbieraħ, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli qal li se jkunu qed jiddiskutu l-futur tal-kowċ u d-deċiżjoni se tittieħed fil-ħin li ġej. Juventus issa se jkunu qed jħarsu lejn Simone Inzaghi li fil-preżent huwa l-kowċ ta’ Lazio u f’każ li ma jintlaħaqx ftehim miegħu jikkunsidraw lill-eks kowċ ta’ Tottenham Maurizio Pochettino.

Sarri sar kowċ ta’ Juventus fil-bidu tal-istaġun li għadda u magħhom rebaħ is-Serie A u wassalhom sal-finali tal-Coppa Italia. Fl-aħħar ġimgħat kien hemm numru ta’ kritika għall-prestezzjonijiet ta’ Juventus u l-eliminazzjoni miċ-Champions League kontra Lyon jidher li kienet biżżejjed biex tikkonvinċi lid-diriġenti ta’ Juventus biex jagħmlu bidla fit-tmexxija.