Lokali

“Riskju li l-vulnerabbli jispiċċaw f’lockdown”

L-Editorjal tat-Times jagħti ċanfira lill-Gvern tan-nuqqas ta' tmexxija politika effettiva

Qed jikber ir-riskju li nies vulnerabbli jispiccaw f’lockdown.

Dikjarazzjoni cara li saret mill-editur tat-Times fil-harga tas-Sibt; kummentarju li iffoka fuq is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjizna, partikularment fuq in-nuqqas ta’ tmexxija minn Kastilja …u wisq aktar mill-Prim Ministru Robert Abela.

L-editorjal appella lill-Prim Ministru biex ma jgħidx li s-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż hija taħt kontroll għaliex se jispiċċa jiddispjaċih li qal dan il-kliem ….bħal meta qal li l-mewġ jinsab fil-baħar.

IL-MEWG FIL-BAHAR QIEGHED

It-Times tinsisti li Robert Abela għandu jieqaf jattakka lit-tobba li qed ibeżżgħu. għaliex dawn mhux allarm iridu iżda li l-poplu jkun kawt.

Issemma’ kif il-Gvern tefa’ f’ġenb l-interessi tat-tfal u dawk vulnerabbli sabiex jissodisfa lil ftit… bil-konsegwenza li l-iskejjel se jispiccaw ma jiftħux f’Settembru li ġej jekk ir-rata t’infezzjoni tibqa’ tiela’.

L-editorjal jghid li l-ftuħ u l-avvenimenti wasslu biex żdiedu b’mod inkwetanti il-każijiet pożittivi ta’ Coronavirus; daqqa kbira li timmina l-irkupru ekonomiku, kif ukoll is-sensazzjoni pożittiva li prova jdaħħal l-istess Gvern b’mod iddisprat.

Intqal illi kellu jkun strajk tat-tobba li jdaħħal ftit melħ f’moħħ il-Gvern biex jirreaġixxi għal din iż-żieda. Ta’ dan, il-poplu qiegħed jafda aktar lill-professjoni medika …..milli l-politiċi.

L-editorjal qal li l-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ġimgħa filgħodu kienet sforz imqanżah …kemmxejn tard ….mill-Prim Ministru u d-Deputat tiegħu, biex juru ftit sinjal ta’ tmexxija.

Hawn, it-Times fakkret kif fl-istess konferenza, il-Prim Ministru sfaċċatament irrifjuta li jerfa’ nitfa responsabbiltà fuq iż-żieda allarmanti ta’ każi ta’ COVID-19 f’salt.

Intant, minkejja li l-Gvern hareg jiftahar li intlahaq qbil…. hafna mid-direttivi tat-tobba kif ukoll id-direttivi tal-ispizjara ghadhom fis-sehh. L-esperti medici ghadhom tal-parir li ma jsirux avveninmenti tal-massa, bil-massimu ta’ 300 persuna meqjus riskju kbir.