Internazzjonali

Stat ta’ Emerġenza fil-Mauritius

Il-gżira ta’ Mauritius iddikkjarat stat ta’ emerġenza wara li fl-aħħar sigħat beda leak ta’ żejt minn bastiment kbir inkaljat fl-Oċean Indjan.

L-MV Wakashio inkalja ma’ sikka tal-qroll b’4000 tunnellata ta’ żejt abbord lura fil-25 ta’ Lulju li għadda, bl-ekwipaġġ ġie evakwat, iżda attentati biex jiġi stabbilizzat il-bastiment mill-awtoritajiet tal-pajjiż u b’hekk jiġi kkontrollat il-leak issa fallew.

Kien għalhekk illi l-Prim Ministru tal-pajjiż, Pravind Jugnauth, appella lill-President Franċiż, Emmanuel Macron, għall-għajnuna peress li l-Mauritius m’għandix it-tagħmir u l-esperjenza biex tistabilizza bastimenti abbandunati. Dan peress li l-gżira ġara ta’ Mauritius hija l-gżira Franċiża ta’ Reunion fl-Oċean Indjan.

Eluf ta’ speċi issa huma f’riskju li jegħrqu b’baħar imniġġes u dan jista’ jkollu konsegwenzi terribli fuq l-ekonomija, is-saħħa u l-provvista tal-ikel għall-Mauritius.