Coronavirus Lokali

Swabbing Centres f’Ħal Qormi u Burmarrad

Fearne jappella għall-kawtela mill-pubbliku

Meta kien intervistat fuq Newsbook, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stqarr illi l-avvenimenti tal-massa ikkumplikaw is-sitwazzjoni tal-pandemija f’pajjiżna. Ma’ dan, hemm il-problema tas-swabbing, ghaliex it-testijiet qed idumu biex isiru.

Il-Ministru tas-Sahha ammetta li t-tieni mewġa ġiet fuqna xahar qabel minn dak li kien mistenni. Iżda fl-ebda ħin ma qal jekk il-Gvern hux lest jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika.

Fl-istess intervista, Fearne ħabbar li ċ-ċentri l-ġodda tat-testing se jkunu f’Ħal Qormi u f’Burmarrad.