Futbol Sport

Wolves ikkastigati mill-UEFA wara ksur tal-financial fair play

Wolves se jkunu kkastigati mill-UEFA wara li nstabu ħatja li kisru r-regolament tal-financial fair play. It-tim ta’ Nuno Espirito Santo jista’ jikkwalifika għall-UEFA Champions League staġun ieħor jekk jirbaħ l-Europa League.

Jekk dan isir huma se jitħallew jirreġistraw 23 plejer minflok 25 wara li l-klabb nefaq aktar milli suppost. Wolves għelbu lil Olympiacos fir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Europa league u rnexxielhom jaslu sal-kwartifinali ta’ kompetizzjoni Ewropeja wara nuqqas ta’ 48 sena.