Lokali

Arrestat wara li ttantaha sesswalment

Abdifatah Ahmed Mohamed, Somalu ta’ 22 sena, qed jinżamm arrestat wara li l-Ġimgħa li għadda mess tfajla Franċiża fil-parti privata tagħha.

It-tfajla għamlet rapport fl-Għassa ta’ San Ġiljan, fejn stqarret li raġel ta’ karnaġġjon skur ittantaha sesswalment f’Paceville. Jidher li t-tfajla indikat lill-Pulizija min kien il-ġuvni, iżda dan ħarab jiġri, bil-Pulizija tabqdu ftit wara

Fil-Qorti, ir-raġel kien mixli li kien fis-sakra, li kkommetta atti ta’ natura sesswali fuq tfajla mingħajr il-kunsens tagħha, kif ukoll li feriha ħafif.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati, iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat Joseph Bonnici deher għall-akkużat.