Sport Sport Ieħor

Brad Binder jirbaħ il-Grand Prix ta’ Brno

(Ritratt: EPA)

Brad Binder ta’ KTM wettaq dak li ma kienx mistenni u rnexxielu jirbaħ il-Grand Prix ta’ Brno. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Binder tul il-karriera tiegħu fejn fl-ewwel kummenti mal-midja qal li din kienet il-ħolma tiegħu minn meta kien żgħir u se jibqa’ jiftakara tul ħajtu kollha.

Miegħu fuq il-podju temmew Franco Morbidelli ta’ Yamaha u Johann Zarco ta’ Avintia Ducati fejn minkejja li beda fuq quddiem ma rnexxielux jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Fir-raba’ post temm Alex Rins ta’ Suzuki segwit mit-Taljan Valentino Rossi li rnexxielu jtemm fl-għola pożizzjoni dan l-istaġun. Fis-sitt u fis-seba’ post daħlu Miguel Oliveira u r-rebbieħ tal-aħħar żewġ Grand Prix Fabio Quartararo rispettivament. Takaaki Nakagami ta’ LCR Honda u Jack Miller ta’ Ducati temmew fit-tmien u d-disa’ post filwaqt li Aleix Espargaro rnexxielu jidħol mal-ewwel għaxar sewwieqa.

MOTOGP

Kif spiċċaw: 1 B. Binder 41:38.764, 2 F. Morbidelli +5.266, 3 J. Zarco +6.470, 4 A. Rins +6.609, 5 V. Rossi +7.517, 6 M. Oliveira +7.969, 7 F. Quartararo +11.827, 8 T. Nakagami +12.862, 9 J. Miller +15.013, 10 A. Espargaro +15.087, 11 A. Dovizioso +16.455, 12 D. Petrucci +18.506, 13 C. Crutchlow +18.736, 14 M. Viñales +19.720, 15 A. Marquez +24.597, 16 T. Rabat +29.004, 17 B. Smith+32.290, 18 S. Bradl +55.977, Ma spiċċawx:  P. Espargaro, J.  Mir,  I. Lecuona